Lokali

Illum se ssir laqgħa oħra bejn il-union tat-tobba u l-gvern

Illum mistennija laqgħa oħra bejn l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, l-MAM, u l-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne.

Dawn il-laqgħat qed isiru hekk kif il-MAM m’hix taqbel mal-mod kif sar it-trasferiment tal-isptarijiet Karen Grech, l-isptar San Luqa u l-isptar ġenerali ta’ Għawdex min Vitals Global Healthcare għal għand Steward Healthcare. Il-laqgħa li saret it-Tnejn filgħaxija baqgħet waħda inkonklussiva.

Il-Union sostniet li filwaqt li kien irreġistrat progress fil-prinċipju, għadha qed tistenna l-eżitu tal-laqgħa ppjanata għal llum.

Il-bieraħ il-MAM issospendiet l-azzjonijiet industrijali li kienu ppjanati għal ghada u l-Ġimgħa. Fi stqarrija, il-Union qalet li ttieħdet din id-deċiżjoni b’sinjal ta’ rieda tajba wara l-laqgħat li nżammu fl-aħħar jiem bejn il-MAM u l-Gvern.