Lokali Saħħa

Laqgħa oħra bejn il-Gvern u t-tobba; il-MAM għandha rieda tajba

Il-laqgħa bdiet għall-ħabta tal-4:30pm - is-saga tal-VGH fiċ-ċentru tad-dibattitu

Ftit tal-ħin ilu wasal fil-Ministeru tas-Saħħa Martin Balzan, is-Segretarju Ġenerali tal-MAM. Dan hekk kif se jkomplu l-laqgħat bejn il-Gvern u t-tobba.

F’kummenti lil dan is-sit, Martin Balzan saħaq li l-MAM qed tidħol għal din il-laqgħa b’rieda tajba.

Il-Ministru Chris Fearne minn naħa tiegħu irrimarka li mhux neċessarjament jintlaħaq qbil mat-tobba illum.

Din il-ġimgħa, l-Assoċjazzjoni Medika Maltija ssospendiet l-azzjonijiet industrijali li kienu ppjanati għal għada u l-Ġimgħa. Madankollu, il-Union sostniet li filwaqt li kien irreġistrat progress fil-prinċipju, għadha qed tistenna l-eżitu tal-laqgħa ppjanata għal lum. Dan bit-tama li tinstab soluzzjoni u ż-żewġ naħat ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu flimkien għal konklużjoni xierqa.