Lokali Parlament

Ninvestu fl-Isport għax jgħaqqadna – Ryan Callus

Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista  Ryan Callus tkellem dwar is-settur sportiv u beda billi sellem lil numru ta’ atleti  li fl-aħħar jiem għamlu unur għall-pajjiżna. Semma fost oħrajn lil William Chetcuti u lil Elaine Genovese u Francesca Curmi.  Dawn kisbu riżultati pożittivi li juru li nistgħu niksbu riżultati tajbin fl-isport u dan minkejja ċ-ċokon u riżorsi limitati.

Ryan Callus appella biex  il-Gvern ikompli jinvesti fir-riżorsi. Saħaq li dawn ir-riżultati juru tama li ż-żgħażagħ jridu jagħmlu isem tajjeb għall-pajjiżna.

Semma kif nhar is-sibt li ġej attività importanti Sport Malta Awards, u sellem lil Sport Malta u Għaqda ġurnalisti sport. Semma’ kif ikun inġust jekk ma nsellmux lil min ħadem fis-snin imgħoddija u rrikonoxxa wkoll is-sehem li qed jagħti il-Gvern fl-Isport għaliex  l-iSport huwa opportunità li tgħaqqadna

Ryan Callus semma kif l-oppożizzjoni se tkun qed titkellem fejn sejrin l-affarijiet ħażin fost oħrajn semma d-direct orders li SportMAlta tat għax-shooting range f’Ta’ Kandja.

Tkellem ukoll dwar il-kummerċjalizazzjoni fuq il-Facilitajiet Sportivi. Saħaq li ma saret l-ebda konsultazzjoni tal-Oppozizzjoni dwar il-bord li se jkun qed jiddeċiedi dwar it-talbiet tal-klabbs dwar il-kummercjalizazzjoni tal-facilitajiet sportivi. Saħaq li rridu naraw li l-kummerċjalizazzjoni ma jħarbatx l-iskop sportiv. Sostna li ma rridux noħolqu firda żbilanċ u dubji bejn il-klabbs Maltin.

Tkellem ukoll dwar l-Awtorita tal-artijiet semma kif l-iStruttura mhux qiegħda tajba biex tlaħħaq mad-domandi li jsiru u biex jaghtu r-rizultati. Semma wkoll kif qed idum il-proċess tinħatar uffiċjal finanzjarju fi ħdan din l-awtorità.

Sostna li mhux sodisfatt bis-6 miljun ewro biex issir l-espropjazzjoni. Hemm bżonn aktar fondi u riżorsi.