Lokali

“Se nibqgħu inkunu tarka tal-Kostituzzjoni”

L-Oppożizzjoni fil-Parlament se tibqa’ taħdem biex tipproteġi l-ideali tal-poplu Malti

“Il-Partit Nazzjonalista se jkun tarka għall-Kostituzzjoni u l-poplu Malti – se nibqgħu niddefendu l-ideali tagħna l-Maltin” – kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt attivita’ soċjali fid-Dar Ċentrali fejn iltaqa’ ma’ numru kbir ta’ nies.

Għal darb’oħra, fis-sensiela ta’ attivitajiet soċjali li  qegħdin jiġu organizzati fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’tal-Pieta’ – mijiet ta’ nies ħonqu s-sala u b’entużjażmu laqgħu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia filwaqt li awgurawlu għall-ħidma tiegħu.

Matul l-attivita’, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia indirizza lil dawk preżenti filwaqt li rringrazzjahom tal-attendenza numeruża u l-ħeġġa tagħhom sabiex jgħinu lill-Partit Nazzjonalista – appellalhom li l-Oppożizzjoni fil-Parlament se tibqa’ taħdem biex tipproteġi l-ideali tal-poplu Malti. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia tenna li hemm numru ta’ riformi oħra li hemm bżonn isiru – fosthom li tiġi protetta s-saltna tad-dritt, u l-istituzzjonijiet ta’ Malta.

Adrian Delia stqarr, li Joseph Muscat irid juża r-riforma tal-Kostituzzjoni biex jaħbi l-problemi li ħoloq u li se jħalli warajh la jitlaq mill-politika