Fi Florida fl-Istati Uniti, sparatura seħħet fi skola. L-aħħar informazzjoni li ħarġet mill-media Amerikana hi li hemm madwar 20 persuna feruti, filwaqt li numru ta’ persuni oħrajn ġew evakwati miż-żona.
Skont l-aħħar kummenti mill-uffiċjali tal-Pulizija lokali li qed jieħdu ħsieb l-operazzjoni delikata, jidher li hemm xi vittmi f’din l-isparatura, filwaqt li żied li min wettaq l-isparatura jinsab taħt arrest – madanakollu, appella biex in-nies ma jmorrux fiż-żona ta’ Stoneman Douglas High School.
Persuni li weġġgħu qed jiġu trattati ftit il-barra mill-iskola fejn saret l-isparatura fi Florida, fejn skont l-ewwel rapporti jidher li ntlaqtu numru ta’ nies. Mal-ewwel fuq il-media beda jdur filmat li juri numru ta’ studenti li kienu qegħdin jimxu f’linja wara xulxin, hekk kif kienu qegħdin jiġu evakwati mill-Pulizija barra mill-iskola.
Għal dan l-appell, il-Coral Springs Police fuq Twitter appellat biex in-nies jibqgħu ġewwa sakemm is-sitwazzjoni tiġi taħt kontroll.
Police are working an active shooter scene, and ask that if you are in touch with your student you ask that they remain calm and barricaded until police come to their room, this is for everyone's safety. Do NOT call our 911 or non-emergency number unless it is an emergency.
— Coral Springs Police (@CoralSpringsPD) February 14, 2018
Fuq il-post inġabru numru kbir ta’ ġenituri ta’ studenti li jattendu f’din l-iskola.
//= $special ?>