Internazzjonali

Sparatura quddiem il-kwartieri ġenerali tal-NSA

Persuna ndarbet u persuna oħra kienet arrestata wara sparatura mad-dħul tal-kwartieri ġenerali tan-National Security Agency, f’Fort Meade, Maryland.
L-isparar beda wara li karozza sewda waqfet mal-kanċell ewlieni tal-kumpless fejn jinsab il-kwartieri ġenerali. L-NSA hi inkarigata mill-ispjunaġġ fuq il-mezzi tat-telekomunikazzjoni.
Il-President Amerikan Donald Trump kien infurmat dwar dak li ġara.
Mhux magħruf x’kienet ir-raġuni wara din l-isparatura.