Il-fabbrika tal-armi tan-nar Remington, li hija waħda mill-kumpaniji ta’ Cerberus, ħabbret illi se tfalli wara li akkumula dejn ta’ $950 miljun.
Cerberus kien ilu snin twal tipprova teħles minn din il-kumapnija, iżda mingħajr ebda suċċess. Fil-fatt is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Remington tant gravat illi spiċċat ikkollassat finanzjarjament.
Cerberus Capital hija l-kumpanija ewlenija li tidher reġistrata bħala sid ta’ Steward Healthcare – l-Amerikani li jsiru jixtru l-isptarijiet mingħand il-VGH.
F’Diċmebru li għadda konna rrappurtajna kif wara l-isem Steward Healthcare hemm il-kumpanija finanzjarja Cerberus Capital Management, li bis-saħħa tagħha Steward akkwistaw l-isptarijiet li kienu jitmexxew mill-Arċidjoċesi ta’ Boston.
Fatt ieħor interessanti hu li s-sena li għaddiet Cerberus preżentaw offerta biex jixtru l-Alitalia.
//= $special ?>