Basketball Sport

FILMAT: Three pointer mid-distanza ta’ Samuel Deguara fil-kampjonat tat-Tajlandja

Il-plejer Malti tal-Basketball Samuel Deguara spikka f’logħba li t-tim tiegħu Mono Vampire lagħab kontra Saigon Heat. Mono Vampire spiċċaw rebbieħa 118-113, b’Deguara jispiċċa l-aqwa skorer tat-tim tiegħu bi 33 punt kif ukoll b’14-il rebound.

Deguara li hu plejer professjonali, qed jilgħab fil-kampjonat tat-Tajlandja wara li ngħaqad ma’ Mono Vampire aktar kmieni dan l-istaġun. L-azzjoni seħħet lejn tmiem l-ewwel perjodu tal-logħba, b’Deguara jieħu l-pussess wara li konklużjoni bla suċċess tat-tim oppost u min-naħa difensiva tiegħu prova bl-aħħar konklużjoni tas-sessjoni. Hu ta tliet punti lil Mono Vampire biex temmew l-ewwel parti tal-logħba b’distakk biss ta’ punt.