Kunsilli Lokali Lokali

Il-kunsillieri Laburisti tal-Belt maqsuma; jgħajjru ‘buffu’

Toħroġ fil-beraħ il-qasma bejn il-Kunsillieri Laburisti. Dan hekk kif il-Kunsillieri Laburisti tal-Belt mhumiex jaqblu bejniethom fid-diskussjoni dwar il-fjuri u x-xemgħat b’tifkira għall-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

F’kummenti mal-website Illum.com.mt, il-minority Leader Laburista Norman Shaw iddeskriva lill-Kunsillier Laburista Ray Azzopardi bħala “il-buffu” fiċ-ċentru ta’ ċirku li nħoloq meta ġiet diskussa mozzjoni li skont hu, qatt ma kellha tiġi diskussa.

Shaw saħaq, fil-kummenti tiegħu, li l-Monument tal-Assedju l-Kbir ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill, il-mozzjoni messha ma ġietx aċċettata għal diskussjoni.

Waqt il-laqgħa pubblika ta’ jumejn ilu, partitarja Laburista kellha tinħareġ ‘il barra wara li saret agressiva.

FILMAT: Partitarja Laburista tinħareġ ‘l barra waqt laqgħa tal-Kunsilll Lokali tal-Belt