Fil-Qorti xehed l-eks President ta’ Malta George Abela hekk kif komplew jinġabru l-provi fil-każ tal-inċident li kien seħħ fl-attivita’ Paqpaqli għall-Istrina.
Fix-xiehda tiegħu, George Abela spejga kif kienet issir l-attivita’ fiż-żmien meta hu kien President tar-Repubblika, u ta dettalji tal-preparamenti kollha li kienu jsiru minn qabel.
Fost l-oħrajn spjega kif tul ir-rotta li jużaw il-karozzi kien ikun hemm barriers u Pulizija magħhom. Il-barriers kienu jkunu mimlijijn bl-ilma, għall-protezzjoni kemm tas-sewwieqa kif ukoll tan-nies.
George Abela imbgħad għamel stqarrija li għandha piż kbir – “fl-aħħar mill-aħħar, jien kont responsabbli tal-avveniment u kont nitlob li nkun naf eżatt x’ikun qed jintqal f’kull board meeting”.
Dakinhar tal-inċident kienu weġġgħu 23 persuna b’sitta minnhom fetħu kawża għad-danni li sofrew wara li l-karozza tat-tip Porsche 918 li kienet qed tinstaq mill-miljunarju Paul Bailey, tilfet il-kontroll u baqgħet sejra għal fuq in-nies.
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ftit tal-jiem ilu qalet fil-Qorti li l-attivita’ kienet organizzata minn terzi persuni u hi ma kelliex rwol dirett fl-organizazzjoni ta’ Paqpaqli għall-Istrina. Hawn il-President semmiet kif Paqpaqli għall-Istrina kellha t-tim organizzattiv li kien imexxi minn Tonio Darmanin.
F’ħin minnhom il-President Coleiro Preca dehret urtata ferm, u qalet li hu żball li jingħad li hi kienet involuta fl-organizazzjoni tal-attivita`.
B’kuntrast illum George Abela xehed illi ħafna mill-organizzazjoni kienet tkun presenduta minnu.
//= $special ?>