Il-President tal-Afrika t’Isfel, Jacob Zuma, irriżenja ‘b’effett immedjat’ wara pressjoni kbira mill-Partit tal-Kungress Nazzjonali Afrikan (ANC), il-partit tiegħu stess, biex jieħu dan il-pass.
Dan wara li l-partit tiegħu wissih ċar u tond li kellu jirriżenja inkella jiffaċċa vot ta’ sfiduċja fil-Parlament.
Minfloku issa kien elett Cyril Ramaphosa, li hu l-kap ġdid tal-ANC.
Il-pressjoni żdiedet b’mod konsiderevoli tul ix-xhur meta Zuma, li kien ilu fil-poter mill-2009, qed jiffaċċja diversi allegazzjonijiet dwar korruzzjoni.
Ir-riżenja ta’ Zuma timmarka t-tmiem ta’ era dominata minn allegazzjoni dwar il-korruzzjoni wara l-oħra u fejn spikka t-tilwim pubbliku intern u fil-pubbliku bejn il-membri tal-ANC. Uħud mill-akbar kritiċi ta’ Zuma huma proprju membri tal-ANC fosthom kollegi antiki li bħalu, snin ilu, kienu rreżistew it-tmexxija tal-bojod f’minoranza fl-Afrika t’Isfel.
Caption-
Jacob Zuma
//= $special ?>

