Knisja Lokali

L-Arċisqof Scicluna jħalli Malta għall-missjoni fdata lilu mill-Papa Franġisku

L‑Arċisqof Charles Scicluna llum ħalla Malta għal New York u ċ-Ċilì fuq xogħol assenjat lilu mill-Papa Franġisku.

Fiż-żjara ta’ 10 ijiem, l-Arċisqof mistenni jinvestiga l-allegat abbuż sesswali minn saċerdot fiċ-Ċilì u l-allegazzjonijiet li l-Isqof ta’ Osorno  kien xhud tal-abbużi.

Mons. Scicluna mistenni jkollu numru ta’ laqgħat privati. Huwa jirritorna Malta, l-Ħadd 25 ta’ Frar.

L-Arċisqof se jmur New York qabel iċ-Ċilì biex jisma’ xhieda importanti hemmhekk, wara li saret intervista mill-midja ma’ vittma ta’ abbuż sesswali, li qal li kien bagħat ittra lill-Papa fl-2015.

Fl‑assenza ta’ Mons. Arċisqof, it‑tmexxija tal‑Arċidjocesi ta’ Malta se tkun f’idejn il‑Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.