Fl-Olimpijadi tax-Xitwa li qed isiru fi Pyeongchang fil-Korea, diżappunt għall-atleta Maltija Elise Pellegrin li fil-Giant Slalom sfat skwalifikata fl-aħħar fażi tal-ewwel prova meta skond il-gurija ma dahritx mal-ostaklu numru 49.
Sa dak il-ħin hija kienet għamel ħin intermedju ta’ 19.55 sekondi, 42.48 sekond u 1 minuta 4.17 sekondi, harget mill-korsa u wara li kompliet temmet f’1 minuta 41.17 sekondi. Ħin li kien ipoġġiha fit-68 post.
Madankollu skond ir-regolament 614 tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Iskiing dan ma kienx permess bir-riżultat li inghatat l-iskwalifika li kien ifisser wkoll li ma kkompetietx fit-tieni prova.
Pellegrin terġa’ tkun fl-azzjoni għada din id-darba fis-slalom li orginarjament il-kompetizzjoni kellha ssir l-Erbgħa 14 ta’ Frar iżda ġiet posposta minħabba r-riħ qawwi li qed jaħkem fil-korsa.
//= $special ?>