Lokali

Mara tmur passiġġata u tweġġa’ wara li ntlaqtet minn landa taż-żebgħa

Mara ta’ 45 sena ndarbet ħafif meta hija u tippassiġġa tul Triq il-Marfa, fiċ-Ċirkewwa, intlaqtet minn landa taż-żebgħa li taret minn fuq trakk li f’dak il-ħin kien għaddej mit-triq.

Jirriżulta li bir-riħ qawwi li kien qed jaħkem l-inħawi, qala’ l-iżgħar landa taż-żebgħa, taret u laqtet lill-mara li kienet miexja mar-raġel tagħha fid-direzzjoni lejn iċ-Ċirkewwa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.20 ta’ filgħodu.

Is-sewwieq tat-trakk, li għandu 59 sena minn Għajnsielem Għawdex, waqaf ftit wara li nqalgħet il-landa u nduna b’dak li kien ġara.

Il-mara, li hija Pollakka ittieħdet mmedjatament l-Isptar Mater Dei u ġiet ċertifikata li ġarrbet ġrieħi ħfief kif ukoll xokk qawwi.

Ritratt: news@netmedia.com.mt