Knisja Lokali

Restawr fuq l-istatwa antika u devotata’ San Ġużepp inkurunat

Fis-7.30 p.m. fil-Knisja Katidrali ta’ Malta, fl-Imdina, issir iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tar-restawr tal-istatwa antika u devota ta’ San Ġużepp Inkurunat.

Fuq dan se jitella’ programm tal-okkażjoni bis-sehem tal-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam u l-Coro Bel Canto. Dan il-programm se jsir bil-kollaborazzjoni tal-Kapitlu Metropolitan.

Il-Ħadd 4 ta’ Marzu 2018 se jkun hemm ir-Ritorn tal-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat fis-Santwarju tiegħu. Fid-9.00 a.m. Purċissjoni Solenni bl-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat, mill-Knisja Katidrali ta’ Malta għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù., immexxija mill-Wisq Rev. Patri Richard S. Grech O.F.M., Ministru Provinċjal. Bis-sehem tal-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, il-Komunità tal-Patrijiet Franġiskani u l-Banda L’Isle Adam li se takkumpaja l-purċissjoni b’daqq ta’ innijiet lil San Ġużepp.

Fil-11.00 a.m. Fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, Quddiesa Solenni Konċelebrata, immexxija mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P., Arċisqof Emeritus. Fejn fiha ssir priedka b’tifkira tal-inkurunazzjoni tal-istatwa ta’ San Ġużepp, mir-Rev. Gwardjan Patri Martin Coleiro O.F.M. Fit-tmiem il-Quddiesa jiġi kantat it-Te Deum b’tifkira tal-55 Annversarju tal-Inkurunazzjoni.