Michael Mifsud ta’ 52 sena minn Ħal Qormi weħel 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li t-Tlieta filgħaxija spara lejn Michael Camilleri f’Ħal-Qormi.
Wara li semgħet l-ammissjoni tal-akkużat, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli kkundannatu 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin u multa ta’ €800.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għal sentejn fil-konfront ta’ Michael Camilleri ta’ 56 sena minn Ħaż-Żabbar li fl-isparatura weġġa’ serjament u kellu jiġi operat.
L-isparatura seħħet it-Tlieta fit-8p.m. fi Pjazza San Frnaġisk meta żviluppa argument bejn il-vittma u raġel ieħor, bl-aggressur joħroġ arma, jispara tiri fid-direzzjoni tal-vittma u ħarab minn fuq il-post.
Il-vittma, Michael Camilleri, mar l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn kien hawn li l-Pulizija saret taf b’din l-isparatura u immedjatament marret fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei biex tkellem lill-ferut fl-inċident. Hu fissrilhom li kellu argument ma’ raġel ieħor minn Ħaż-Żebbuġ u f’mument minnhom l-argument bejniethom tant eskala lir-raġel l-ieħor ħareġ arma tan-nar u sparaha fid-direzzjoni tiegħu. Aktar tard Michael Mifsud kien arrestat mill-Pulizija.
L-akkużi fil-konfront ta’ Mifsud tressqu mill-Ispettur Kayleigh Borg.
//= $special ?>SPARATURA F’ĦAL QORMI: Raġel ferut f’siequ u ieħor arrestat matul il-lejl