Fil-Qorti nstema’ każ kif koppja Kristjana Ortodosa, ir-raġel mill-Eritrea u l-mara mill-Etjopja żżewġu li fl-2015 wara li kienu ilhom jafu biss lil xulxin 3 xhur. Huma ltaqgħu fuq il-post tax-xogħol fl-Isptar Mater Dei.
Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Robert Mangion semgħet li tul it-3 xhur huma ma tantx kienu jiltaqgħu. Semgħet li minkejja li riedu jiżżewġu lil xulxin huma qatt ma ddiskutew il-ħajja miżżewġa u jekk iridux tfal. Min-naħa tiegħu r-raġel qal li ħadha ovvja li jkollhom it-tfal għax fil-kultura tagħhom familja jkollha t-tfal.
Ir-raġel qal li wara xahrejn żwieġ telaq mid-dar għax apparti li hi ma ridtix li jkollhom tfal u anqas relazzjoni intima, huwa skopra li martu kellha tifla fl-Etjopja. Qal li din l-aħbar ħadha bi kbira.
Il-mara fix-xhieda tagħha qalet li qatt ma qaltlu li kellha tifla għax beżgħet li ma jiżżewwiġhiex. Hija qalet li matul it-tliet xhur għerusija kienu kuntenti imma meta żżewġu l-affarijiet inbiddlu u ma baqgħetx kuntenta miegħu. Żiedet tgħid li r-raġel ma tantx kien jgħaddi ħin id-dar.
Wara li semgħet ix-xhieda taż-żewġ partijiet flimkien ma’ xhieda oħra, il-Qorti ddikkjarat iż-żwieġ null. Il-mara ġiet ordnata li tħallas l-ispejjeż kollha reletati ma’ dan.
//= $special ?>