Żagħżugħa ta’ madwar 23 sena weġġgħet serjament wara li waqgħet għoli ta’ madwar żewġ sulari f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7 ta’ dalgħodu f’propjetà privata fi Triq Dragunara. Kien dak il-ħin li l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fuq il-post.
Malli tim mediku mar fuq il-post, il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna u wara ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Aktar tard hi kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ, kien infurmat il-Maġistrat Neville Camilleri li ħatar diversi esperti biex jassistuha fuq inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>