Lokali

Argumenti jaħarqu bejn partitarji ta’ Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi fil-Każin Laburista ta’ Ħal Safi

Dik li l-Erbgħa filgħaxija kellha tkun seduta normali tal-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista fil-Każin Laburista ta’ Ħal Safi, spiċċat biex żviluppat f’argumenti jaħarqu bejn partitarji tal-Ministru Owen Bonnici u avversarji leali fejn id-Deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi.

Il-laqgħa, li damet sa tard filgħaxija, żviluppat f’aktar argumenti jaħarqu bejn iż-żewġ settijiet ta’ partitarji, li spiċċaw ikunu mill-aktar antagonisti fil-konfront ta’ xulxin. Tant hu hekk li f’mument minnhom, il-ġlieda tkompliet saħansitra barra fit-triq.

Il-ġurnal In-Nazzjon illum qed jiżvela li fil-Laqgħa Ġenerali Annwali Laburista f’Ħal Safi ma kellu jkun hemm xejn kontroversjali, bid-diskors tas-serata kien programmat li jsir mill-President tas-Sezzjoni Kunsillieri Mario Fava.

Madankollu waqt il-laqgħa, żviluppaw battibekki sal-punt li s-sitwazzjoni iddeġenerat u spiċċat f’tgħajjir u f’theddid lil xulxin. Kien hawn li fost l-oħrajn, wieħed mill-kanvassers ta’ Owen Bonnici ripetutament beda jgħajjat u jgħid li saħansitra lest joqtol għall-Ministru Owen Bonnici.

Min-naħa l-oħra, kien hemm min jappoġġja lil Stefan Zrinzo Azzopardi u li jemmen li fil-verità, Owen Bonnici ma jibdiex.

Il-ġurnal irrapporta li t-tikketta bejn iż-żewġ settijiet ta’ kanvassers ilha tbaqbad għal bosta xhur u kellha l-oriġini tagħha fl-2016, meta kienu saru l-elezzjonijiet interni fil-Partit Laburista biex jinħatar id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.

Is-sorsi komplew li inkwiet bħal dan fil-Każin Laburista ta’ Ħal Safi ftit li xejn seħħ fil-passat. Iżda fih innifsu, dak li ġara l-Erbgħa juri bl-aktar mod ċar l-inkwiet u l-firda li qed tikkarga fit-tmexxija tal-Partit Laburista.