Futbol Sport

FUTBOL EUROPA LEAGUE: Telfa umiljanti għal Napoli fis-San Paolo

Se tkun diffiċli għal Napoli biex jikkwalifikaw wara li tilfu d'darhom

Kontra kull mistenni l-leaders tas-Serie A Napoli kienu umiljati f’darhom fl-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-Europa League meta kienu megħluba 3-1 minn RB Leipizig.

Għall-klabbs Taljani is-serata tal-bieraħ kienet waħda negattiva fejn Lazio tilfu barra minn darhom kontra Steaua 1-0, Atalanta kienu megħlub minn Borussia Dortmund 3-2, riżultat li jista’ jitqies bħala wieħed pożittiv għal Atalanta li jistgħu jirkupraw f’Bergamo L-uniku suċċess għat-Taljani wasal minn naħa ta’ AC Milan li barra minn darhom f’Razgrad għelbu lil Ludogorets 3-0.

Il-klabb Ingliż ta’ Arsenal kompla fejn ħallew klabbs oħra Ingliżi meta b’rebħa ta’ 3-0 barra minn darhom kontra Oestersunds. Rebħa oħra importanti ta’ 4-1 inkisbet minn Atletico Madrid kontra FC Copenhagen.

It-tieni legs jintlagħbu nhar il-Ħamis 23 ta’ Frar.