Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddikjara li l-ġustizzja trid toħroġ rebbieħa dwar ir-rapport konklussiv tal-FIAU li minnu toħroġ evidenza dettaljata dwar skemi, sistemi, aġir u kollużjoni f’korruzzjoni u ħasil tal-flus minn membru tal-eżekuttiv u uffiċjali pubbliċi oħra fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Adrian Delia kien qed jirreaġixxi għal dak li għamel il-kap tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista David Casa, li iktar kmieni ppreżenta quddiem il-Qorti kopja ta’ dan id-dokument ta’ 128 paġna mimli evidenza dwar l-aġir tal-Ministru Konrad Mizzi.
Hu qal li dak li għamel David Casa hu dak li kull ċittadin Malti jistenna li jsir.
//= $special ?>#Justice must prevail. @DavidCasa did what is expected by every true Maltese citizen.
— Adrian Delia (@adriandeliapn) February 16, 2018