Artiklu li deher illum fil-paġna tal-Kunsill Lokali fuq in-Nazzjon
Din il-ġimgħa tkellimna mal-Minority Leader ta’ Santa Luċija, Liam Sciberras fejn qalilna li l-Kunsilliera tal-PN li hu magħmul minnu u Caroline Galea, qed jaħdmu biex ir-resident fil-lokal ikollu vuċi aktar b’saħħitha fil-Kunsill Lokali. Permezz tal-Kunsill Lokali.
Ix-xogħol tal-Partit Nazzjonalista ġewwa l-lokalità tista’ tgħid li issa rdoppja, mhux biss li jkun kritiku lejn il-Maġġoranza Laburista, iżda wkoll li jaqbel fejn hemm it-tajjeb u jipproponi, jirrakomanda u jkun minn tal-ewwel sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu u jkun ta’ daqqa t’id dejjem f’isem l-għaqda u l-ħidma lejn il-lokal.
Sciberras qallilna li wieħed mill-proġetti li zgur jibqa f’qalbu huwa li ġie indirizzat il-proġett Homework Club. Proġett fuq is-settur soċjali mogħti mill-NGO “Right2Smile”, magħmula minn għalliema żgħażagħ li volantarjament qegħdin jiddedikaw il-ħin sabiex jagħtu lezzjonijiet extra-kurrikulari lit-tfal u zgħażagħ li għandhom bżonn aktar attenzjoni.
Parallel ma’ dan huwa l-upgrading tal- I.T services li jinsab ġewwa l-Librerija Pubblika. Kien hemm l-inkarigu li jiġbor s-somma sabiħa ta’ €3,000 minn fondi nazzjonali sabiex ikun hemm sistema ta’ kompjuters ġodda f’din il-librerija, sabiex konġunt mal-proġett tal-Homework Club ikun hemm aktar għajnuna bħal din lir-residenti tal-lokalità.
Inkarigu mill-PN f’Santa Luċija għal fondi Ewropej
Proġett ieħor li l-Partit Nazzjonalista ħa l-inkarigu tiegħu huwa l-applikazzjoni għal fondi Ewropej sabiex ikun hemm aktar ħidma fuq il-kultura Ewropea. Il-Progett “Flows” huwa proġett li fih il-lokalità mhux biss tgawdi minn fondi Ewropej imma wkoll opportunità li Santa Luċija tkun rrapreżentata anke b’mod dirett fl-Unjoni Ewropea.
Sciberras qalilna li l-aktar proġett li spikka matul is-sena 2017 huwa dak tal-Jogging Track. Proġett fejn ingħata wiċċ ġdid, sinjali ġodda, bankijiet ġodda, kontenituri għall-iskart kemm tal-annimali kif ukoll skart ieħor. Dawn ġew sponsorjati minn Greenpak, apparti l-ħames water fountains li ġew sponsorjati minn Catch the Drop Campaign. Dan il-proġett ġie inawgurat il-Ħadd 21 ta’ Mejju 2017.
“Il-Partit Nazzjonalista f’Santa Luċija oġġezzjona li jkun hemm ħsara fi proġett li għadu ġdid fjamant u li r-residenti għadhom lanqas biss gawduh”
Il-Minority Leader tal-PN qalilna li sfortunatament, wara nefqa minn fondi nazzjonali, dan il-proġett ser jispiċċa vittma ta’ nuqqas ta ħsieb mill-entitajiet governattivi. Dan ghaliex Santa Lucija ser tintmiss mill-proġett tat-twessiegħ ta’ toroq fin-naħa t’isfel ta’ Malta u li minn dan il-proġett se jintmiss sa 15–il metru ‘il ġewwa mit-Triq tal-Barrani. Huwa qal li jittama li dak li ġie miftiehem li dak li se jintmiss se jerġa’ jiġi mibni fiż-żmien li ġej.
“Waħda mill-karba, kemm personali kif ukoll dik tal-Partit Nazzjonalista hija dik li ma titmissx art verġni ħlief għal skopijiet Nazzjonali.” Sciberras qalilna li sfortunatament il-maġġoranza Laburista, ivvutat favur bini ta’ Dar tal-Anzjani f’art fil-limiti ta’ Santa Luċija u li se tkun mibnija mhux biss fuq art agrikola iżda wkoll li ser tieħu parti minn Wied Garnaw. Sciberras stqarr magħna li bħala żewġ kunsilliera tal-Partit għażlu li joġġezjonaw dan il proġett fuq diversi raġunijiet; l-ewwelnett ser ikun hemm aktar urban sprawling. Dan il-proġett ser jaffetwa wkoll l-immaniġjar tat-traffiku fosthom n-naħa tal-iskola Sekondarja kif ukoll problemi fuq l-eko sistema taż-żona. Huwa qalilna li jittama li l-għajta tas-sens komun tirbaħ fuq kull għajta oħra f’ċirkustanzi bħal dawn u l-ambjent ma jibqax jiġi meqrud.
Il-Problema tat-Transport Pubbliku tibqa’ ta’ skonvenjent f’Santa Luċija
Liam Sciberras qalilna li fil-lokalità hemm problema kbira ta’ Transport Pubbliku hekk kif fl-aktar ħinijiet li r-residenti li jkollhom il-ħtieġa għal dan l-użu, transport ma jsibux. It-Trasport Pubbliku li qed jieħu sussidju ta’ 30 miljun ewro fis-sena biex suppost jopera aħjar mhux qed jiġi fil-ħin.
“Qed nesperjenzaw inkonvenjent ukoll ir-residenti fl-inħawi ta’ Triq Guljetta Lopez għall-fatt li x’ħin tasal Tal-Linja, din tibqa’ startjata bl-iskuża li ma jistgħux jintfew, sabiex tinżamm id-‘data’ ma’ Transport Malta attiva u/jew b’impika lejn l-istess residenti.”
Sciberras qal li l-Partit Nazzjonalista fil-lokal se jkompli jaħdem biex tirbaħ il-loġika u jitnaqqas l-iskonvenjent lejn ir-residenti. Huwa qal li personalment ippropona wkoll li l-ħin żejjed li tagħmel tal-linja fuq il-venda jinqasam fuq żewġ bus-stops.
Huwa għalaq l-intervista magħna hekk kif qalilna li l-PN se jkompli jaħdem biex isir aktar xogħol siewi f’Santa Luċija biex finalment igawdu r-residenti kollha mingħajr l-ebda partiġjaniżmu żejjed. Sciberras qalilna li kemm hu, kif ukoll il-kollega Caroline Galea jieħdu gost jisimgħu l-kummenti ta’ individwi u kif ukoll rakkomanadazzjonijiet biex il-ħidma tal-Partit f’Santa Luċija tibqa’ tagħti l-frott.
//= $special ?>