Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu se tiġi mikxufa l-vara ta’ San Ġużepp tar-Rabat wara proċess delikat ta’ restawr li sar fuqha.
Dakinhar, fil-Knisja Katidrali tal-Imdina, se ssir iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni permezz ta’ programm bis-sehem tal-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam u l-Coro Bel Canto. Dan il-programm se jsir bil-kollaborazzjoni tal-Kapitlu Metropolitan.
Il-Ħadd 4 ta’ Marzu imbgħad tirritorna l-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat fis-Santwarju tiegħu.
Fid-9.00am ssir purċissjoni Solenni bl-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat, mill-Knisja Katidrali ta’ Malta għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, immexxija minn Patri Richard S. Grech OFM, Ministru Provinċjal.
Bis-sehem tal-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, il-komunità tal-Patrijiet Franġiskani u l-Banda L’Isle Adam li se takkumpaja l-purċissjoni b’daqq ta’ innijiet lil San Ġużepp. Il-purċissjoni se tgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza tal-Katidral, Triq Villegaginon, Pjazza San Publju, Bieb tal-Imdina, Pjazza Saqqajja, Triq il-Kbira u Triq San Pawl għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù.
Fil-11.00am se titmexxa quddiesa minn Mons. Pawl Cremona, Arċisqof Emeritus.
Jieħu sehem il-Coro Bel Canto taħt id-direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz.
//= $special ?>