Lokali

Jinstab is-sewwieq responsabbli mill-hit & run

Iż-żagħżugħ jirringrazza lill-Pulizija fl-għassa tan-Naxxar

Il-Pulizija tan-Naxxar irnexxielhom jaqbdu lis-sewwieq li kien responsabbli mill-hit & run li rrappurtajna f’dan is-sit ftit tal-jiem ilu.

Kien is-sid, żagħżugħ ta’ 19-il sena, li irrapporta dan il-każ. F’Novembru li għadda hu xtara karozza tat-tip Volkswagen Polo, u ra flusu kollha jmorru għar-rimi wara l-każ ta’ hit & run fi Triq in-Naxxar, f’Birkirkara.

Bid-daqqa l-vettura tiegħu spiċċat imbuttata fuq il-vettura ta’ quddiem, karozza tat-tip Honda Fit, u wkoll ikkawżatilha ħsara.

Fuq Facebook, iż-żagħżugħ irringrazzja lill-Pulizija PC1151, PC1360, PC383, PC787 u speċjalment lis-Surġent tan-Naxxar PS894 għaliex irnexxielhom isibu lir-raġel li ħabat fih.