Internazzjonali

Jisseparaw Jennifer Aniston u Justin Theroux

L-attriċi Amerikana Jennifer Aniston u l-attur-direttur tal-films Justin Theroux ikkonfermaw li huma qegħdin jisseparaw wara żwieġ li dam għal sentejn.

Aniston u Theroux kienu ilhom fost il-‘golden couples’ ta’ Hollywood mindu huma ltaqgħu fuq is-sett tal-film ‘Wanderlust’. Huma qalu li d-deċiżjoni biex jisseparaw ittieħdet lejn l-aħħar tas-sena l-oħra, iżda ma semmewx ir-raġuni u tennew biss li ‘se jkomplu bil-ħbiberija li tfisser ħafna għalihom it-tnejn’.

Jennifer Aniston, li għandha 49 sena u Theroux, li hu tliet snin iżgħar minnha, kienu żżewwġu waqt ċerimonja sigrieta f’Los Angeles, f’Awwissu tal-2015. Huma kienu ilhom flimkien għal erba’ snin qabel iż-żwieġ li kien seħħ fir-residenza lussuża tagħhom f’Bel Air, f’Kalifornja.