Leicester u Chelsea għaddew għall-kwarti tal-finali b’rebħiet f’darhom. Leicester għelbu lit-tim taċ-Championship Sheffield United 1-0 bil-gowl rebbieħ jasal minn Jamie Vardy.
Chelsea kellhom triq aktar faċli hekk kif għelbu wkoll lil tim taċ-Championship Hull City. Il-partita kienet deċiża fl-ewwel taqsima b’Chelsea jiskorjaw erba’ darbiet. Willian fetaħ l-iskor wara żewġ minuti u Pedro Rodriguez irdoppja fis-27 minuta. Ħames minuti wara William għamilhom 3-0 biex fit-42 minuta Olivier Giroud skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Chelsea.
//= $special ?>