Xi nies jinkwetaw li l-bagalji u l-affarijiet personali tagħhom kapaċi jinsterqu anki waqt li jkunu suġġetti għall-proċeduri tas-sigurtà fil-hubs tat-trasport pubbliku.
Madankollu qatt ma kien hawn każ, qabel, fejn mara deċidiet li tgħaddi minn magna X-ray — flimkien mal-bagalji tagħha — biex tevita l-possibbiltà li dawn jisparixxu minn quddiemha.
Il-każ inkredibbli seħħ fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Dongguan, fin-nofsinar taċ-Ċina, bil-membri tal-istaff jixxukkjaw ruħhom meta raw ‘il-forma ( silhouette) ta’ mara fuq il-monitors tal-X-ray li jintuża għas-sigurtà tal-passiġġieri.
Il-mara, Ċiniża, involuta fl-inċident stramb kienet fost l-għexieren ta’ eluf li kienu qed jivvjaġġaw waqt ‘il-kaos’ tas-Sena Ġdida Lunari li jiċċelebraw iċ-Ċiniżi madwar id-dinja.
Intant, din il-mara, ‘ladarba għaddiet mill-proċess’, niżlet minn fuq il-conveyor belt tas-sistema, eżaminat mill-ġdid il-bagalji tagħha u telqet mill-post.
Id-dehriet straordinarji mill-X-ray juru lill-mara fuq irkubbtejha ( u liebsa żarbun bit-takkuna) waqt li kienet wara l-bagalji tagħha. Filwaqt li mhux ċar għalfejn il-mara kienet daqstant ansjuża dwar l-affarijiet personali , hu fatt li ħafna nies fiċ-Ċina jġorru ammonti kbar ta’ flus huma u jivvjaġġaw lura d-dar għas-Sena Ġdida Lunari.
//= $special ?>

