Persuni mhux magħrufa fl-aħħar sigħat poġġew tliet ritratti fil-post li ħafna qed jikkunsidrawh bħala l-mafkar tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, illi ġie assassinata 4 xhur ilu.
Ir-ritratti juru lill-Perit Dom Mintoff, eks Prim Ministru ta’ pajjiżna kif ukoll lil Raymond Caruana u Karin Grech.
Kmieni dalgħodu dehru diversi persuni jieqfu quddiem dan il-mafkar ta’ Caruana Galizia josservaw dawn ir-ritratti ġodda li tpoġġew.
Mhux magħruf eżatt jekk il-Pulizija hux se tinvestiga dawn l-iżviluppi.
Illum kien pjanat li jinġabru n-nies fi Pjazza l-Assedju l-Kbir quddiem il-Qorti sabiex titfakkar il-memorja tal-ġurnalista maqtula.
//= $special ?>