Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija awgura lill-President il-ġdid elett tal-Afrika ta’ Isfel Cyril Ramaphosa, politiku li kellu sehem importanti fit-tneħħija tal-apartheid u l-bidu tal-istat ġdid tal-poplu.
Fl-istqarrija mibgħuta mid-deputat Carm Mifsud Bonnici, intqal illi l-avenimenti li wasslu għat-tmiem ta’ Jacob Zuma, dak li kien qed jokkupa din il-kariga, juru maturità politika, demokrazija soda u b’saħħitha. L-iskandli marbuta mal-bosta każijiet ta’ korruzzjoni, nuqqas ta’ trasparenza li dak il-pajjiż ra u ġarrab taħt d-disa’ snin tat-tmexxija ta’ Zuma ġabu din il-bidla.
M’hemmx dubju li d-deċiżjoni tal-Kungress Nazzjonali Afrikan, il-partit fil-Gvern li jitlob din ir-riżenja kienet waħda ġusta. Kull pajjiz jagħraf li dan l-għemil ħażin huwa wieħed anti-demokratiku li jnaqqas mill-kredenzjali u jċekken l-ekonomija.
//= $special ?>

