Ekonomija Lokali Unjoni Ewropea

“Postna fl-Unjoni Ewropea” – Adrian Delia, Kap tal-PN

Adrian Delia jindirizza business breakfast tal-Istitut Malti tal-Management

Pajjiżna għandu bżonn isalva r-reputazzjoni tiegħu jekk irridu li nibqgħu parti mill-klabb esklussiv li ninsabu fih: iffurmat mill-Unjoni Ewropea u ż-Żona Ewro.

Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li l-Ġimgħa indirizza Business Breakfast tal-Istitut Malti tal-Management f’għeluq l-għaxar snin mis-sħubija ta’ Malta fiż-Żona Ewro.

Adrian Delia staqsa fejn kien ikun pajjiżna li kieku mhux għax isseħibna fl-Unjoni Ewropea, iżda fl-istess waqt faħħar ukoll l-amministrazzjoni tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.

Fakkar kif pajjiżna rnexxielu jegħleb l-isfidi ekonomiċi, kuntrarju għal pajjiżi oħra li waqt il-kriżi ekonomika fallew. Dan mhux b’kumbinazzjoni iżda għaliex l-amministrazzjoni preċedenti ħasbet għal dan b’riformi u regoli ekonomiċi.