Uffiċjali tas-Santa Sede qed jirrifjutaw allegazzjonijiet li l-Papa Emeritu Benedittu XVI għandu marda newroloġika.
Iċ-ċaħda ngħatat sigħat wara li l-ġurnal Ġermaniż, Neue Post, ikkwota lill-Monsinjur Georg Ratzinger, li għandu 94 sena u li hu ħuh, il-Papa Emeritu, qed ibati minn dik il-kundizzjoni. Mhux ċar jekk il-ġurnal ikkwotax ħażin lill-Monsinjur, bis-sors tal-iżball ma jkunx speċifikat.
Qed ikun allegat li Georg Ratzinger qal li ‘l-affarijiet jaqilbu għall-agħar li kieku l-paraliżi li hi relatata għall-marda newroloġika kellha taffettwa l-qalb tal-Papa Emeritu’.
Iżda, l-uffiċjali madwar il-Papa Emeritu fil-Vatikan qalu li dawn huma allegazzjonijiet mingħajr bażi u għalkemm huma ammettew li Benedittu ( li jagħlaq 91 sena f’April) qed isibha diffiċli biex imur minn post għal ieħor, hu xorta qed imur jimxi kuljum qalb il-ġonna tal-Vatikan.
Dawn l-uffiċjali komplew li l-istat ta’ immobiltà avvanzata għall-Papa Emeritu hu dovut għaż-żmien li għandu u mhux għal xi marda newroloġika.
Rapporti konfliġġenti dwar is-saħħa tal-Papa Ratzinger


