Lokali Saħħa

Tħassib dwar dak li qal il-Ministru Fearne

Stqarrija iebsa mill-Alleanza għas-Saħħa Mentali

L-Alleanza tas-Saħħa Mentali tinsab diżappuntata bil-pjan tal-Ministru Chris Fearne li qed jinjora għal kollox il-proġett ta’ sptar ġdida għall-kura psikjatrika.

Fi stqarrija din l-ngo esprimiet tħassib serju għall-mod li bih tkellem Chris Fearne mal-media din il-ġimgħa. “Malta għandha bżonn pjan fit-tul għas-saħħa mentali”.

Ġie espress ukoll tħassib għall-fatt li l-Gvern m’għandu l-ebda pjan biex jissaħħu s-servizzi fil-komunita’.

Għalhekk, l-Alleanza tas-Saħħa Mentali qed tappella lill-Ministru tas-Saħħa sabiex jiċċara l-kummenti tiegħu dwar Monte Karmeli u s-settur in ġenerali. Aktar minn hekk, qed tappella sabiex tibda konsultazzjoni serja ma dawk kollha involuti.