Sport

Tintemm l-esperjenza ta’ Elise Pellegrin fl-Olimpjadi

Fost 74 atleta spiccat fil-50 posizzjoni

Rapport: Charles Camenzuli

Fl-Olimpijadi tax-Xitwa fi Pyeongchang fil-Korea, mid-dizappunt fl-ewwel dehra taghha fil-Giant Slalom, Elise Pellegrin regghet kienet fl-azzjoni din id-darba fis-slalom. Fil-Yongpyong Alpine Centre, Pellegrin ma ddizappuntatx fejn fost 74 atleta spiccat fil-50 posizzjoni bil-medalja tad-deheb tintrebah minn Frida Hansdotter tal-Izvezja b’ Michaela Schiffrin tal-Istati Uniti li gurnata qabel rebhet il-Giant slalom tispicca fir-raba; post.

Mill-ewwel prova Elise Pellegrin dehret deciza li zzomm ir-rendiment fil-korsa tant li l-hinijiet intermedji kienu stabbli b’ 14.84 sekondi, 27.05 sekondi u 49.91 sekondi ghal total fl-ewwel prova ta’ 1 minuta 5.18 sekondi. Hin li bih bdiet it-tieni prova fis-56 posizzjoni.

Fit-tieni prova minkejja li fl-ewwel intermedju ghamlet 18.49 sekondi pattiet fit-tnejn ta’ wara b’20.58 sekondi u 23.28 sekondi biex mizjud mal-hin tal-ewwel prova ghamlet hin totali ta’ 2 minuti 4.08 sekondi li poggiha fil-50 post fil-klassifika generali.

Fi Pyeongchang , Elise Pellegrin kienet flimkien mal-kowc taghha Marvin Hocquax kif wkoll id-direttur tal-isport tal-KOM Ivan Balzan. Chef de Mission ghal Malta hija Dr.Lucienne Attard

Din kienet it-tieni esperjenza Olimpika ghal Elise Pellegrin wara li kienet iddebuttat fl-2014 fl-Olimpijadi ta’ Sochi.