Internazzjonali

TRAĠEDJA F’SYDNEY: Koppja Maltija tmut f’ħabta kerha ħafna

Żewġ passiġġieri fl-istess karozza spiċċaw feruti

Spiċċat fi traġedja l-btala li kellha fl-Awstralja l-koppja Doreen u Lorry Pulis. Dan wara li l-Maltin tilfu ħajjithom f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Sydney, b’rapporti fil-media jindikaw li l-karozza ħabtet ma’ trakk.

Il-koppja hi minn Birżebbuġa, u għandhom 58 sena. Huma kienu ilhom biss ġimgħa fl-Awstralja fejn marru jaraw lil xi qraba tagħhom.

Fl-istess ħabta miet ukoll ħu Lorry Pulis.

Fil-post tal-inċident issejħu 11-il ambulanza u żewġ ħelikopters.

Il-Pulizija tal-lokal diġa’ fetħu investigazzjoni.