Internazzjonali

IT-TRAĠEDJA TA’ SYDNEY: “Kien l-ewwel vjaġġ ta’ Doreen fl-Awstralja”

Doreen Pulis marret l-Awstralja għal tieġ; kienet ilha sena tippjana

Żgur illi ħadd fil-familja Pulis ma kien qed jistenna li vjaġġ għal tieġ jispiċċa fi traġedja. Doreen Pulis kienet ilha sena tippjana din il-vaganza. Kienet kuntenta ħafna li se tmur għat-tieġ tat-tifel ta’ ħuha. Iżda dawn il-pjanijiet kollha sfumaw fix-xejn.

Il-vaganza ta’ Doreen u Lorry Pulis inbidlet f’aħbar ta’ swied il-qalb għall-qraba u l-ħbieb tagħhom.

Il-koppja hi minn Birżebbuġa, u għandhom 58 sena. Huma kienu ilhom biss ftit jiem fl-Awstralja.

Fl-istess ħabta miet ukoll ħu Lorry Pulis.