Futbol Sport

Vandaliżmu fuq kumpless sportiv fiż-Żurrieq

Jinsterqu ammont ta' flokkijiet tal-futbol

Il-kmamar ta’ Żurrieq Wolves FC Nursery reġgħu kienu fil-mira ta’ att vandalu din il-ġimgħa.

Fuq Facebook, il-kunsillier Dino Bonnici kiteb illi dan l-att vandalu “jweġġana għax immur kontra ta’ dak li nagħmlu aħna; li nippreservaw u ntejjbu dak li sibna”.

Jidher li min żgassa il-bibien ta’ dawn il-kmamar fiz-zona tal-Bebbux seraq numru ta’ flokijiet taż-Żurrieq Wolves Athletics.

Bħalissa għaddejin l-investigazzjonijiet min-naħa tal-għassa taż-Żurrieq.