Keane Cutajar
HIBERNIANS………………………………..0(1)
SLIEMA W………………………………….0(4)
Wara 120 minuta ta’ futbol mingħajr ebda gowl, Sliema Wanderers rebħu, żammew it-tradizzjoni ta’ pożittivita fl-FA Trophy u għaddew għas-semi finali permezz tal-lotterija tal-penalties.
Minkejja li dro bejn dawn it-tnejn fil-ħin regolari seta kien riżultat mistenni, zgur li ma nistgħux ngħidu l-istess għall-prestazzjoni.
L-ewwel taqsima kienet waħda medjokri fejn rari rajna inizzjattiva miż-żewġ naħat biex jiftħu l-iskor.
Ħafna pusses f’nofs il-grawnd u waqfien regorali li ma għinx biex il-partita tkun waħda interessanti. Taqsima li kienet il-kuntlarju ta’ dak mistenni meta tħares lejn l-ismijiet fost tnejn mill-ikbar timijiet ta’ pajjiżna.
It-tieni taqsima tal-ħin regolari bdiet fuq ritmu tajjeb iżda ma dagħmitx ma ġiet bħal dik tal-ewwel b’ftit li xejn azzjonijiet denji u riżultat meritat ta’ dro sa tmiem id-90 minuta.
Mark Miller kien sfurzat jagħmel sostituzzjoni f’nofs l-ewwel taqsima wara li weġġa Joseph Mbong u oħra f’nofs it-tieni wara li kellu jinħareġ fuq strecher il-captain Bjorn Kristensen. L-istess tim minn Raħal Ġdid lagħab il-ħin barrani kollhu b’plejer inqas li deher li ta spinta lit-tim biex jilgħab aħjar milli kien matul il-ħin normali.
L-ewwel u l-unika azzjoni denja tal-ewwel taqsima waslet fis-36 minuta meta wara ġirja bejn Kurt Shaw u Jorge Periera Da Silva, kien il-Brażiljan li laħaq il-ballun l-ewwel u ttanta xortih b’xutt li kien faċli għal Glenn Zammit.
Sliema fetħu t-tieni taqsima b’attakk fis-47 minuta, wara li xogħol tajjeb ta’ Nikolae Milinceanu mal-faxxa xellugija wassal għal kross f’saqajn Frank Temile li għamel spazzju għax-xutt iżda falla l-mira bi żbrixx.
It-tim ta’ Raħal Ġdid irrisponda tliet minuti wara b’freekick tas-solitu Clayton Failla li kien salvat tajjeb mill-gowlkiper tal-blues.
Sekondi wara li daħal jilgħab Arlindo Oliveira Neto, kien l-istess plejer għeleb in-nasba tal-offside u ġie f’pożizzjoni tajba fil-kaxxa iżda minn qagħda angolata ra l-ballun iħakkek mal-wieqfa.
Minuta minn tmiem il-ħin regolari, Sliema ħarġu bil-kontrattakk li spiċċa fl-aħħar tiegħu Temile li naqas milli jkun perikoluż u ma ħoloq l-ebda problem għal Briffa.
Minuta wara, l-istess gowlkiper ħareġ tajjeb u salva l-freekick ta’ Sliema f’żewġ tentattivi.
Hibernians spiċċaw il-ħin regolari fuq togħma morra hekk kif tkeċċa Rodolfo Soares meta kien muri t-tieni karta safra, din d-darba wara fawl fuq is-sostitut Kilan Ameli.
Minkejja dan, it-tim ta’ Mark Miller ħarġu għall-ħin barrani b’mogħod tajjeb meta s-sostitut Johann Bezzina venven minn barra l-kaxxa xutt li kien imdawwar b’diffikulta f’’korner minn Zammit.
Fid-99 minuta reġa kien Bezzina li prova jiżblokka r-riżultat iżda kif għamel seba minuti qabel, Zammit reġa salvalu tajjeb.
L-iskor finali wara 120 minuta kien dak ta’ 0-0 u għallura għaddejna għall-penalties.
Frank Temile inkariga ruħu mill-ewwel penalty u mill-ħdax-il metru ma żbaljax.
L-eks ta’ Sliema, Jackson Lima falla t-tentattiv tiegħu meta tefa barra.
Muchardi għamilhom tnejn minn tnejn għall-Wanderers b’xutt b’saħtu.
Bezzina għamel l-istess u bil-kalma kollha tefa’ wara Zammit.
Xuereb tefa fir-rokna bla problem b’dak li kien penalty stupend, qabel Jorge Pereira Da Silva spara għoli.
Michele Sansone skurja r-raba tal-blues u ta r-rebħa lil Sliema bil-penalty tiegħu.
//= $special ?>