Lokali Mużika

FILMAT: Fejn se jinġibed il-music video ta’ ‘Taboo’?

Jibda x-xogħol biex jinġibed il-music video ta' 'Taboo'

Christabelle flimkien mat-tim tagħha tinsab fil-post fejn qed jinġibed il-music video tal-kanzunetta rebbieħa, Taboo.

Din il-kanzunetta li ser tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fil-Lisbona għandha messaġġ qawwi. Il-messaġġ huwa wieħed ta’ appell sabiex inneħħu l-istima negattiva tas-saħħa mentali. Il-music video mistenni ikun wieħed innovattiv li jirrapreżenta din it-tema.

Dan ħareġ permezz ta’ Instagram Story fuq il-profil ta’ Instagram ta’ Christabelle stess.