Lokali

FILMAT: Tislima lil missier, kollega u ħabib

Dan Udrea jibqa’ jgħix fil-qlub u fl-imħuħ ta’ dawk kollha li kienu għeżież għalih.

Il-familja, qraba oħra, kollegi u ħbieb ta’ Dan Udrea inġabru fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta biex ifakkru lil dan ir-raġel Rumen li ġimgħa ilu tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku.

Udrea, ta’ 38 sena kien sejjer għax-xogħol flimkien ma’ martu meta tqaċċtet siġra fi Triq Notabile u waqgħet fuq il-vettura tiegħu.

Il-Mara tiegħu ukoll kienet qed tissielet għal ħajjitha iżda fortunatament qalbet għall-aħjar. Il-koppja għandhom żewġ ulied subien ta’ snin u ta’ sitt xhur.

Il-Komunita’ Rumena kif ukoll il-poplu Malti ingħaqad f’solidarjeta’ mal-familja u f’temp ta’ ftit siegħat inġabru biżżejjed fondi biex Dan Udrea jindifen f’art twelidu, ir-Rumanija.

Il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, offriet li ġġorr il-kadavru ta’ Udrea mingħajr ħlas.