Lokali

Ikomplu numru ta’ attivitajiet marbuta mal-Karnival

Wara il-maltemp tal-ġimgħa li għaddiet, komplew numru ta’ attivitajiet marbuta mal-karnival, li gimgha ilu kellhom ikunu posposti.

L-attivitajiet bdew b’karnival tat-tfal fi Pjazza San Ġorġ. Imbagħad, sar id-defile bil-karrijiet. Fil-Belt Valletta spikkaw diversi kostumi, kuluri, temi u kumpaniji differenti.

Fost ohrajn iltqajna mal-Pampalun, persuna sinonima ħafna mal-Karnival. Il-Pampalun jinsab kuntent li kellhom l-opportunità li jgawdu il-karnival, anke jekk gimgħa wara mid-data originali.

Tkellimna ukoll ma uħud mill-parteċipanti li espremew il-kuntentezza li x-xogħol kollu ma sfaxxax fix-xejn.

Intant uħud minn nies ukoll ħadu gost li l-karnival seħħ xorta, anke jekk kellu jsir gimgħa wara.

Il-festi tal-Karnival jaghlqu b’Gran Defile fi Triq Sant’Anna l-Furjana.