Lokali

IL-Fondazzjoni ‘AGARA’ Tingħata il-premju ‘Żagħżugħ tas-Sena’

Fondazzjoni mwaqqfa minn żewġ żgħażagħ u li rret f’numru ta’ pajjiżi għall-missjoni, rebħet il-premju ‘Żagħżugħ tas-Sena’, mogħti mill-President ta’ Malta,  f’attività organizzata mill-Moviment Kerygma bl-għajnuna tal-Bank APS.

Il-Fondazzjoni ‘Agara’ hija għaqda li twaqfet fl-2014 u l-għan taghħa hu li jaħdmu ma’ nies vulnerabli u minoritajiet fis-soċjetà.

Net News tkellem ma’ Stephanie Micallef, waħda mill-membri ta’ din il-fondazzjoni fejn spjegat l-għan tal-fondazzjoni.

Hi spjegat ukoll x’jista jagħmel wieħed sabiex jgħin lil din il-fundazzjoni.

Sa issa l-fondazzjoni żaret l-Etiopja, Franza, il-Lebanon u r-Rumanija. Fis-snin li ġejjin il-pjan hu li jaħdmu fil-Greċja, l-Arfrika ta’ Isfel u f’pajjiżna stess. Fuq kollox, Stephanie Micallef espremit xi jfisser dan il-premju prestiġjuż għall-fondazzjoni.

Din iċ-ċerimonja li issir kull sena, tippremja ż-żgħażagħ li permezz ta’ xogħolhom ikunu eżempju għal kumplament tas-soċjetà u jkunu ta’ eżempju Nisrani.