Lokali Saħħa

L-ISTORJA TA’ ALESSANDRO: “Kont inqatta’ ġimgħat imsakkar fil-kamra”

Jispjega kemm f'Malta "għadna lura" fejn tidħol is-saħħa mentali

“Qiegħed hawn biex niġġieled u għax irrid nagħmel kuraġġ lill-oħrajn”. Hija din id-dikjarazzjoni li għamel Alessandro Salerno, iż-żagħżugħ li lbieraħ kien mistieden f’Net Live fejn qasam l-esperjenza li għaddha minnha kawża ta’ kundizzjonijiet relatati ma’ saħħa mentali.

Alessandro qal illi “din mhix marda” u fisser kemm hu imweġġa’ għall-fatt illi f’Malta m’jħossx li hawn għarfien biżejjed dwar is-saħħa mentali.