Il-UĦM Voice of the Workers qed tinsisti li s-saga dwar il-bejgħ tat-tliet sptarijiet lokali għadha mhix magħluqa u li hemm ħafna mistoqsijiet li jridu jitwieġbu – mistoqsijiet ta’ interess nazzjonali, ta’ interess għal kull ċittadin u ta’ interess għall-ħaddiema.
Hekk intqal mill-UĦM fi stqarrija maħruġa dalgħodu.
Intqal illi din il-union se tkun qed titlob laqgħa bilaterali mal-Gvern sabiex il-UĦM Voice of the Workers tressaq il-proposti tagħha dwar il-kwistjoni.
L-istess union għadha temmen li l-Avukat Ġenerali għandu minnufih jinvestiga l-kuntratt li ġie ffirmat. Sakemm dan il-kuntratt ma jaqax taħt l-iskrutinju tal-Avukat Ġenerali, il-UĦM Voice of the Workers mhix f’pożizzjoni li taqbel li l-ftehim, fl-aħħar mill-aħħar, ikun ta’ benefiċċju għall-pubbliku Malti u Għawdxi.
Sussegwentament il-Gvern għandu jirrispetta r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet
li jkunu saru mill-Avukat Ġenerali.
Il-UĦM tikkontendi li għandu jsir ftehim bejnha u bejn il-Gvern sabiex il-ħaddiema eżistenti u futuri tas-saħħa proprju jaqgħu taħt it-tmexxija tal-Gvern.
Il-UĦM Voice of the Workers tfakkar li x-xogħol tal-ħaddiema għandu jkun salvagwardjat u li jingħata rispett lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u lill-pubbliku ġenerali.
//= $special ?>