Il-militar ta’ Iżrael wettaq sensiela ta’ attakki ħorox kontra pożizzjonijiet tal-Palestinjani – b’mod partikulari interessi tal-militanti Iżlamiċi mal-grupp Hamas – fil-Medda ta’ Gaza. Dan wara li erba’ suldati Iżraeljani kienu ndarbu, nhar is-Sibt, fi splużjoni ta’ bomba fil-belt ta’ Khan Younis.
Il-qawwiet tal-ajru Iżraeljani qalu li huma qerdu ‘numru ta’ siti tal-Hamas’, b’rapporti oħra jsostnu li talanqas żewġ Palestinjani mietu waqt il-bumbardamenti mit-tankijiet tal-gwerra ta’ Iżrael fuq iz-zoni ta’ Gaza.
L-attakki tal-Iżraeljani fuq Gaza baqgħu għaddejjin mil-lejl tas-Sibt sallum u qed jitqiesu bħala l-aktar eskalazzjoni serja tal-vjolenza mindu Iżrael u l-Hamas iġġieldu l-gwerra tal-2014.
L-Iżraeljani qalu li, fl-aħħar attakki, huma laqtu madwar 20 mira militari tal-Hamas li jinkludu ‘infrastruttura għall-produzzjoni tal-armi’ u mina li kienu qed jaħdmu fuqha l-militanti. L-Uffiċjali Palestinjani qalu li ntlaqtu wkoll tliet kampijiet tal-Hamas għat-taħriġ ta’ militanti flimkien ma’ kamp ieħor ta’ ‘grupp anqas b’saħħtu (ta’ Palestinjani)’.
//= $special ?>


