Fl-attivita’ politika fiż-Żejtun, id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li meta s-sitwazzjoni prekarka li fiha jinsab is-settur tas-saħħa mentali trid tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli, għaliex dawn il-pazjenti qegħdin ibatu u jsofru. Saħansitra hemm minnhom li qegħdin jibiżgħu u jħossuhom mhedda biex jmorru l-isptar Monte Karmeli.
Stephen Spiteri qal li dan l-isptar għandu problemi infrastrutturali u li wieħed jistħi jgħid li hemm il-pazjenti fih. Hu appella lill-Gvern ta’ Joseph Muscat biex jindirizza l-problema, wara li ġab din is-sitwazzjoni hu b’idejh stess. Semma’ kif ċemplulu numru ta’ drabi familjari ta’ pazjenti li jabtu minn kundizzjoni ta’ saħħa mentali. Kien hawnhekk li d-deputat irrimarka li issa dawn il-persuni se jsibu lill-Partit Nazzjonalista jaqbeż għalihom u jwassal l-ilmenti tagħhom, biex jassigura li s-saħħa mentali tingħata l-importanza li jixirqilha. Stqarr li għalxejn niftaħru bl-ekonomija b’saħħitha f’pajjiżna, għaliex għal dawn in-nies mhumiex qegħdin jgħixu l-aqwa żmien.
Fl-aħħar, tkellem dwar il-bejgħ tal-isptarijiet tal-Gvern, fejn Stephen Spiteri qal li dan il-Gvern mhuwiex qed jiggarantixxi s-servizz sigur tas-saħħa. Semma’ kif l-ewwel kumpanija li xtrat l-isptarijiet, Vitals Global Healthcare, sippost kelli tmexxi l-isptarijiet għal 30 sena iżda wara 20 xahar sabet diffikultajiet finanzjarji. Dan juri kif is-sitwazzjoni wasslet fi kliem il-Partit Nazzjonalista, għaliex il-privat m’għandhux il-qalb soċjali, u l-unika mira hi l-profitt – u mal-ewwel intopp waqfet u se jbatu l-pazjenti u l-poplu Malti inġenerali. Għaldaqstant, kompla jisħaq li l-Gvern irid jindirizza din il-problema, għaliex bħala Partit Nazzjonalista se jaraw li dawn in-negozjati fil-bejgħ tal-isptarijiet se jassiguraw futur sod għall-pajjiżna. Tenna li l-Partit Nazzjonalista jrid ikun garanzija fil-futur qarib, u jerġa’ jiġri l-istess u tbiegħ kollox – b’detriment għall-poplu Malti fis-servizz tas-saħħa. Stephen Spiteri temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista jrid ikun Oppożizjoni pożittiva u kostruttiva, fejn iltaqgħu ma’ numru kbir ta’ unions u għaqdiet li joperaw f’dan ir-rigward.
//= $special ?>