Internazzjonali

Imutu 66 persuna f’tiġrif ta’ ajruplan tal-passiġġieri

66 persuna abbord ajruplan mietu wara li waqa’ fil-muntanji Dena fiċ-ċentru tal-Iran.

L-ajruplan telaq minn Tehran fit-08:00 ħin lokali u ma baqgħax jidher fuq ir-radar xi siegħa wara. Tim mediku ma setgħax jinżel fil-post b’ħelikopter minħabba li fejn seħħ l-inċident hemm temp ikrah.

It-titjira EP 3704 kien operat minn Aseman Airlines. Fost dawk abbord kien hemm tifel, żewġ gwardji tas-sigurtà, żewġ membri tal-ekwipaġġ, il-pilota u kopilota.