Talanqas erba’ persuni mietu fi sparatura li seħħet fi knisja tal-Kristjani fir-Repubblika Russa ta’ Dagestan. Intant, ir-rapporti referew ukoll għal diversi midruba fl-inċident, li jinkludu pulizija.
L-aġenzija tal-aħbarijiet Tass qalet li suldat ‘mhux magħruf’ fetaħ in-nar fuq in-nies li kienu ħerġin minn servizz reliġjuż fil-belt ta’ Kizlyar. Ir-rapporti komplew li l-aggressur spiċċa maqtul, ftit tal-ħin wara.
Il-maġġoranza tar-residenti fid-Dagestan — repubblika federali qrib iċ-Ċeċenja u Ġorġja, fir-reġjun tal-Kawkasu — huma Musulmani, iżda fl-inħawi jeżisti wkoll element sostanzjali ta’ diversità etnika
//= $special ?>

