Lokali Qorti

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li nqabad bi 3kg droga

Żagħżugħ ta’ 28 sena minn San Pawl il-Baħar ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €20,000 hekk kif dalgħodu tressaq b’urġenza l-Qorti mixli b’pussess ta’ 3kg kannabis li allegatament ma kienux għall-użu personali.

Filwaqt li Rhys Spiteri ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, l-avukati difensuri talbu għall-ħelsien mill-arrest hekk kif skont huma Spiteri kkopera mal-Pulizija u m’hemm l-ebda biża’ li jaħrab mill-pajjiż.

Madanakollu, għalkemm il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tal-ħelsien mill-arrest il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit saħqet li minkejja li l-akkużi huma serji, dawn ma jżommux lill-Qorti milli tagħti l-ħelsien mill-arrest u għalhekk ntlaqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom li l-akkużat jiffirma kuljum l-għassa tal-Qawra u ma joħroġx mid-dar bejn nofsilejl u t-tmienja ta’ filgħodu.

Għall-akkużat dehru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.

Żagħżugħ għall-Qorti wara li nstab li kellu fil-pussess tiegħu d-droga

Tags