MALTA…………5
KROAZJA…….16
It-tim nazzjonali Malti temm l-impenji tiegħu fil-LEN Europa Cup bir-raba’ telfa minn daqstant partiti, b’telfa din id-darba ta’ 16-5 kontra l-Kroazja. It-tim Malti ħa sehem f’dan it-tournament bi preparazzjoni għall-play-off għall-Kampjonat Ewropew kontra l-Belarus il-ġimgħa d-dieħla.
It-tim Malti kien jaf x’se jsib quddiemu hekk kif it-timijiet avversarji huma kollha qawwiet speċjalment is-Serbja, il-Kroazja u l-Greċja, bl-Olanda jkun l-anqas tim minnhom, iżda xorta huma superjuri għat-tim Malti.
Fuq nota ta’ kuraġġ, dan id-distakk ta’ 11-il gowl kien ħafna aħjar mir-riżultat finali fl-aħħar fażi finali tal-Kampjonat Ewropew, meta dakinhar il-Kroazja kienet rebħet bi skor ta’ 22-2.
Il-Kroazja bdew il-partita b’ritmu għoli u rebħu l-ewwel sessjoni 5-0, bi tripletta ta’ Luka Loncar u doppjetta ta’ Andro Buslje. Huma komplew jiskorjaw u sa tliet minuti u nofs mit-tmiem minn tmiem it-tieni sessjoni kienu 8-0 minn fuq. Matthew Zammit skorja l-ewwel gowl għat-tim Malti, sakemm Ivan Zovic daħħal lit-tim tiegħu 9-1 minn fuq fil-ħin tal-mistrieħ wara azzjoni ta’ man-up.
Il-logħba komplet bl-istess andament biż-żewġ timijiet jagħtu aktar spazju lill-plejers tagħhom. F’din is-sessjoni daħal bejn il-lasta Maltija l-gowlkiper Jake Tanti. Fit-tielet sessjoni għat-tim Malti skorja Stevie Camilleri minn penalty u Nicholas Bugelli, bil-Kroazja jtemmu s-sessjoni 13-3 minn fuq.
Jokovic u Vrlic komplew ikabbru l-iskor fl-aħħar sessjoni, b’Stevie Camilleri jiskorja darbtejn għat-tim Malti filwaqt li Fatovic skorja bejn il-gowls Maltin minn penalty.
Malta: N. Grixti, N. Bugelli (1), A. Galea, Da. Zammit, J. Abela, M. Zammit (1), S. Camilleri (3), J. Camilleri, B. Plumpton, A. Cousin, Z. Mizzi, Di. Zammit, J. Tanti
Kroazja: M. Bijac, M. Macan, L. Fatovic (2), L. Loncar (3), M. Jokovic (2), I. Buljubasic, A. Vukicevic, A. Buslje (1), A. Zovic (2), J. Vrlic (4), A. Setka (1), H. Benic (1), I. Marcelic
Referees: Jaume Teixido (Spanja), Irakli Sanadze (Georgia)
//= $special ?>