It-tim tal-qiegħ tal-League 1 Rochdale sforza replay wara li fil-grawnd tiegħu spiċċa fi draw ta’ 2-2 kontra Tottenham Hotspur.
Kienu Rochdale li marru minn fuq eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, meta Ian Henderson għeleb in-nasba tal-offside u b’xutt fil-baxx għeleb lil Michael Vorm. Tottenham ġabu d-draw mas-siegħa logħob meta Moussa Sissoko għadda tajjeb lejn Lucas Moura li żmarkat għeleb lill-gowlkiper avversarju.
Tottenham kienu għoddhom skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-88 minuta għal dak li ġie ġġudikat li kien fawl fuq Dele Alli. Mill-11-il metru s-sostitut Harry Kane ma żbaljax. Iżda kien għad fadal ħin għal gowl ieħor, hekk kif Rochdale salvaw il-logħba fit-93 minuta. Kien kross mix-xellug, il-ballun spiċċa f’saqajn Steve Davies li b’xutt fil-baxx għeleb lil Vorm, u tefa’ lill-partitarji tiegħu f’dellirju ta’ ferħ hekk kif fir-replay se jkunu qed jilagħbu f’Wembley Stadium.
//= $special ?>